( English • Malti )
Din hija għodda sempliċi li awtomatikament iżżid id-dijakritiċi fuq l-ittri tal-alfabett Malti.
Id-dijakritiċi Maltin huma:
Din l-għodda topera fuq lista ta’ kliem mibnija minn dawn is-sorsi:
Din il-verżjoni għadha f’fażi esperimentali, u l-preċiżjoni tagħha tiddependi fuq il-kompletezza u l-korrettezza tal-lista ta’ kliem. Peress li l-kliem huma analizzati individwalment, ambigwitajiet bħal “hu” (he) kontra “ħu” (brother), jew “tigri” (tigers) kontra “tiġri” (run), ma jistgħux jiġu riżolti, u jitħallew kif inhuma.
Jekk issib xi kliem neqsin, tista’ żżidhom permezz tal-kaxxa t’hawn taħt. F’dal-każ, jekk jogħġbok, żgura li l-kliem ikunu spelluti tajjeb, inklużi d-dijakritiċi. Jekk iddaħħal iżjed minn kelma waħda, ifridhom permezz ta’ spazji jew linji ġodda. Dawn il-kliem jiġu miżjuda mal-lista interna immedjatament, però jiġu vverifikati manwalment aktar tard.
Tista’ tibgħatilna suġġerimenti jew ilmenti fuq douglas@dogmamix.com (bl-Ingliż jew bil-Malti).
Data tal-ewwel pubblikazzjoni: | 2013-12-24 |
Data tal-aħħar aġġornament: | 2020-08-14 |